Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake appellat lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ma jippersistix bin-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdutri għaliex wara l-vot fil-parlament Ewropew hemm il-possibbiltà li jinħoloq konflitt bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri.
Meta kienet qed tkun intervistata fuq Radio 101 , Rosette Thake tkellmet dwar il-messaġġ tal-PN għal dawn il-festi ‘Nirnexxu Lkoll Flimkien’ u qalet li l-PN jemmen li għandha tkun is-soċjetà Maltija kollha li tirnexxi flimkien u mhux ikunu biss ftit persuni li javvanzaw il-pożizzjoni tagħhom.
Hi spjegat il-viżjoni kellhom gvernijiet Nazzjonalisti li jinvestu fi proġetti ġodda għall-futur; liema proġetti u setturi ġodda llum għadhom l-uniku setturi li qed joħolqu l-impjiegi.
Dwar in-nomina ta’ Leo Brincat u d-dikjarazzjonijiet li għamel, Rosette Thake qalet li Simon Busutil kien wissa lil Leo Brincat li jekk se jivota favur Konrad Mizzi se jsib diffikultajiet meta jiġi quddiem il-Parlament Ewropew.
Hi qalet li Leo Brincat kellu jirriżenja jekk ma kinx jaqbel mal-iskandlu tal-Panama Papers. Fir-realtà Leo Brincat kien inkostistenti.
Rosette Thake qalet li ken Alfred Sant li salva lil Leo Brincat meta daħal jivvota f’kumitat li ma kienx membru fih. Issa l-Gvern se jibqa’ għaddej bin-nomina ta’ Brincat quddiem il-Kunsill tal-Ministri iffisser li qed issir sfida lill-vot fil-Parlamnet Ewropew.
L-approvazzjoni possibbli ta’ Leo Brincat mill-Kunsill tal-Ministri se joħloq konfront sfortnat mal-vot demokratiku tad-deputati fil-parlament Ewropew. Dan kollu qed isir propju qabel Malta jkollha l-Presidenza tal-Parlament Ewropej; perjodu li l-Gvern Laburista se jkun ippressat bil-fatt li fil-gvern Labrista hemm l-uniku Ministru Ewropew implikat fl-iskandlu tal-Panama Papers.
Quddiem dan kollu l-Prim Ministru Joseph Muscat m’għamel assolutament xejn, sostniet Rosette Thake, sostniet li hu ta’ għajb li Malta se tibqa’ tissemma bi sħaba sewda.
L-MEPs tal-PN kellhom obbligu li jispjegaw li l-poplu Malti mhux korrott bħall-Gvern ta’ Joseph Muscat u għalhekk ruew li f’Malta għad hawn ħafna nies li għadhom jemmnu fl-onesta u fl-integrità, sostniet Rosette Thake.
//= $special ?>