Lokali

Iweġġa’ wara li jaqa’ sular u jispiċċa fuq xibka tal-ħadid

Ħaddiem jinsab f’qagħda kritika wara li waqa għoli ta’ sular fuq sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit. Hu spiċċa fuq xibka tal-ħadid bil-konsegwenza li sofra diversi ġrieħi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin għoxrin f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Inbid Ħ’Attard. Skont il-Pulizija, ir-raġel x’aktarx hu ta’ nazzjonalità barranija.

Dwar il-każ qed issir inkjesta maġisterjali.