Persuna minorenni f’dan il-pajjiż kienet suġġetta għal proċess ta’ qtil assistit, għall-ewwel darba mindu l-Belġju, sentejn ilu, neħħa r-restrizzjonijiet taż-żmien fir-rigward tat-talbiet għall-ewtanasja.
Il-kap tal-kummissjoni tal-ewtanasja federali kkonferma dan il-każ iżda ma pprovdiex dettalji. Lanqas ma ssemmiet l-età tal-persuna involuta.
Il-Belġju hu l-uniku pajjiż li jippermetti lill-minorenni ta’ kwalunkwe età biex jagħżlu t-triq tal-ewtanasja.
Mifhum ukoll li f’dawn il-każi partikulari, il-ġenituri tal-persuni taħt it-18 il-sena li jkunu qed jinsistu għall-ewtanasja jeħtieġu jagħtu l-kunsens tagħhom biex din isseħħ.
L-Olanda wkoll tippermetti l-ewtanasja għall-minorenni iżda f’dan il-każ, huma jridu bilfors ikollhom ‘il fuq minn 12 il-sena biex ikunu ‘eliġibbli’ għall-proċess.
//= $special ?>