Lokali

Mara b’tarbija tasal Malta fuq katamaran b’4 kilogrammi kannabis

4 kilogrammi ta’ kannabis instabu moħbija f’karozza li kienet ġejja Malta minn Sqallija permezz ta’ karamaran. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ nazzjonalità Maltija, li magħha kellha tarbija.

Is-sejba tad-droga saret minn uffiċjali tad-dwana nhar il-Ħamis li għadda filgħaxija. Il-pakkett kien moħbi ħdejn il-magna tal-karozza.

Fuq il-post issejjħu l-Pulizija li arrestaw lill-mara u lill-partner tagħha, li kien qed jistennieha tasal. Jirriżulta, li aktar tard, ir-raġel ammetta li d-droga kienet għalih. Kemm il-mara kif ukoll ir-raġel bħalissa qed jinżammu mill-Pulizija.