Mil-lum jibdew l-attivitajiet tal-Indipendenza organizzati mill-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Furjana. L-attività ewlenija llejla hija intervista li se ssir lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mill-preżentatur u ġurnalist Peppi Azzopardi. L-intervista tibda fis-7.30pm.
L-attivitajiet ikomplu għada u t-Tnejn b’diskussjonijiet politiċi. L-attivitajiet jintemmu t-Tlieta 20 ta’ Settembru b’mass meeting indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Madanakollu, apparti l-attivitajiet politiċi, mil-lejla ma jonqosx ukoll l-ispettaklu fuq il-palk, kif ukoll numru kbir ta’ stands b’varjetà ta’ ikel u xorb. Dan apparti logħob għat-tfal u attivitajiet oħra.
L-attivitajiet marbuta mal-festi tal-Indipendenza ilhom li bdew, b’attivitajiet sportivi, attivitajiet kulturali u attivitajiet distrettwali. Madanakollu llejla jibdew l-attivitajiet fuq il-Fosos.
//= $special ?>