“Se nagħmel ħilti biex ikun hemm gvern immexxi minn Simon Busuttil”
Dikjarazzjoni ċara tal-preżentatur Salvu Mallia waqt l-intervista li l-ġurnalist Peppi Azzopardi għamel lill-Kap tal-PN Simon Busuttil.
Salvu Mallia qal li huwa kien wieħed mill-ħafna li vvutaw lil Joseph Muscat li indunaw sa mill-bidu nett li sfaw ingannati.
Salvu Mallia semma diversi skandli li kkaratterizzaw din il-legiżlatura. Fost dawn kif il-Prim Ministru kera l-karozza tiegħu lilu nnifsu u l-kontroversja marbuta mal-Università taż-Żonqor. Dawn l-iskandli u ħafna oħrajn, saħaq Mallia, wassluna f’tarf ta’ rdum.
Salvu Mallia saħaq li kuntrarju għal dak li rajna matul din il-legislatura, min jidħol fil-politika għandu jkun qaddej tal-poplu u mhux jara kif jistagħna.
Huwa ghalhekk, saħaq Salvu Mallia, li se jkun qed jagħmel ħiltu biex ikun hemm gvern immexxi minn Simon Busuttil.
Salvu Mallia qal li huwa qed jagħmel din l-għażla għax fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jara gentle man – ġentlom fil-politika. Huwa għalhekk, saħaq Salvu Mallia, li rrid nara lil Simon Busuttil bħala l-Prim Ministru ta’ pajjiżna.
//= $special ?>