Kultura Kunsilli Lokali Lokali

It-Tieni Edizzjoni ta’ Swejjaq f’ San Lawrenz bħala parti mill-‘European Mobility Week’

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru l-Kunsill Lokali San Lawrenz ser jerġa’ jorganizza l-Iswejjaq. Swejjaq jagħti l-esperjenza ta’ suq artiġjanali li konna naraw fl-antik f’diversi pjazzez mxerdin madwar Malta u Għawdex.

F’din l-edizjoni ser jispikkaw fost l-oħrajn l-ikel tipiku Għawdxi ppreparat minn Ta’ Ċangura Folk Group. Ħxejjex u prodotti tal-għalqa minn bdiewa Għawdxin. Xogħol artiġjanali u prodotti oħrajn magħmula lokalment.

Peress li din ser tkun attività ta’ qabel terġa’ tiftaħ l-iskola l-Kunsill Lokali ħaseb sabiex joħloq ‘park’ ta’ logħob għat-tfal. Ser ikun hemm divertiment għat-tfal bħalma huma Bouncing Castles, Bungee line u l-Mega slide.

Dawk kollha li ser jattendu ser ikunu jistgħu jgawdu dan kollu fi pjazza mingħajr karozzi għaliex din l-attività qed issir wkoll bħala parti mill-European Mobility Week, ġimgħa li fiha madwar l-Ewropa kollha jiġi promoss transport alternattiv biex jitnaqqsu l-karrozzi mit-toroq tagħna.