Lokali

Attenti: Diesel jinxtered qrib Mater Dei

Il-paġna ‘Maltese Road Traffic Updates’ ippubblikat avviż wara rapporti ta’ diesel li nxtered qrib ir-roundabout ta’ ħdejn Mater Dei.

Is-sewwieqa qed ikunu avżati sabiex isuqu bil-mod meta jgħaddu minn din iż-żona. Intant, jidher li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie nfurmat bil-każ.