Il-Birdlife Malta reġgħet appellat lill-Prim Ministru biex jissospendi l-istaġun tal-kaċċa b’seħħ immedjat wara rapporti kkonfermati li jindikaw li nqatlu tliet kuċċardiet.
Skont il-Birdlife, il-kuċċardiet kienu ossarvati jinqatlu f’Għawdex fl-aħħar fl-aħħar sigħat. L-għasafar niżlu fil-baħar u wieħed minnhom inġabar minn rock climber professjonali li għadda l-kuċċarda mejta lill-Pulizija, li nterrogawh għall-fatti kollha.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, Birdlife qalet li dan il-qtil ta’ illegali bla kontroll ta’ tajr protett se jibqa’ għaddej sakemm il-Gvern ma jiħux azzjoni immedjata llum qabel għada. Birdlife qalet li għal darba oħra qed tappella lill-Prim Ministru biex jissospendi l-istaġun sal-15 ta’ Ottubru.
“Il-liġi tgħid ċar u tond li l-Gvern jista’ jiddeċiedi li jissospendi l-istaġun tal-kaċċa f’kundizzjonijiet ta’ ċerta gravità. U s-sitwazzjoni hi aktar minn gravi, bit-tajr protett li nqatel s’issa jammonta għal 19”, temmet tgħid il-Birdlife.
Ritratt: Stevie Haston, ir-raġel li ġabar il-kuċċarda mill-baħar, u li nforma lill-Pulizija
//= $special ?>