“Ingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista f’koalizzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni. Irridu nnaddfu l-politika mill-ħmieġ li tefagħha fiha Gvern Laburista”.
Kien dan l-appell tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qed jindirizza diskussjoni politika bit-tema ‘Partit li tista’ tafda’ hekk kif daħlu fit-tieni jum tagħhom l-attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza fuq il-Fosos biex ifakkar il-kisba tal-Indipendenza.
Simon Busuttil fakkar li dan hu l-iktar gvern korrott mill-Indipendenza ‘l hawn tant li anke Transparency International appellat lill-Gvern Laburista biex jitnaddaf mill-mandra ta’korruzzjoni qabel ma jieħu fídejh il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
Quddiem dan kollu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella lil Jospeh Muscat biex jirrispetta l-vot tal-Parlament Ewropew dwar in-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita fakkar li l-Partit Nazzjonalista hu l-uniku forza li tista’ tegħleb l-ingann ta’ Joseph Muscat bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jelenka ħames punti konkreti ta’ kif se jkun qed iwettaq politika iktar nadifa u onesta: kabinett bl-ogħla standards fl-imġiba, awtoritajiet li jservu liċ-ċittadini u mhux li jkunu paraventu għall-gvern; korp tal-pulizija mnaddaf mill-qarnita ta’ partiġġjanizmu politiku; it-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Ombudsman u tal-Awditur Ġenerali u xandir tal-istat imparzjali.
Simon Busuttil temm id-diskors tiegħu b’appell ġenwin: “Jekk taraw fija onestà u integrità ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista biex flimkien niġġieldu l-korruzzjoni u nnaddfu s-sistema politika.”
//= $special ?>