Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li se tħallas kumpens xieraq lil min jagħti informazzjoni li twassal għall-qbid u l-kundanna tal-persuna jew persuni li fil-jiem li għaddew kienu responsabbli għal sparar u qtil ta’ tajr protett.
L-FKNK qalet li trid trażżan lill-kriminali darb għal dejjem u għaldaqstant se tkun qed tħallas dan il-kumpens lil kull min jersaq bl-informazzjoni, jekk din l-informazzjoni tħalli l-frott.
Dan wara li l-Birdlife rrappurtat li f’Għawdex inqatlu tliet kuċċardiet, inċident li jkompli jżid mal-lista ta’ tajr protett maqtul matul dan l-istaġun.
“Dawn il-ftit atti kriminali, apparti li qed iqajmu ħafna dubji, qed jagħmlu ħsara rriparabbli lill-kaċċaturi u nassaba ġenwini Maltin u Għawdxin” temmet tgħid l-FKNK.
//= $special ?>