Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li ma jirriżultax li hemm Maltin fost il-feruti fi splużjoni li seħħet il-lejl li għadda f’Chelsea, New York City.
Dan wara li kien stabbilit wara kuntatti li saru mir-Rappreżentanza Permanenti Maltija fi New York mal-awtoritajiet Amerikani.
Minkejja li m’hemmx Maltin involuti, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li jista’ jiġi kkuntattjat fuq + 356 21242191 f’każ ta’ bżonn.
L-isplużjoni seħħet ilbieraħ fiż-żona popolari ta’ Chelsea. Kollox jindika li l-isplużjoni kienet intenzjonata, għalkemm ma jidhirx li hemm rabtiet terroristiċi.
//= $special ?>