Lokali

Priġunier iddikkjarat ‘klinikament mejjet’

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien dikkjarat ‘klinikament mejjet’ wara li, skont stqarrija tal-Gvern, għamel ħsara lilu nnifsu.

Fi stqarrija l-Gvern qal li l-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda, meta l-priġunier ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Madanakollu, fl-aħħar sigħat, kien iddikjarat klinikament mejjet.

Wara li r-raġel għamel ħsara fuqu nnifsu, aktarx biex ineħħi ruħu b’idejh, kien tqabbad maġistrat biex jagħmel inkjesta, li issa ġie nfurmat bl-aħbar li l-priġunier ġie ddikjarat klinikament mejjet.

Intant, il-Gvern qal fl-istqarrija li l-familja tal-priġunier, li kien residenti f’Diviżjoni numru 1, iddeċidiet li l-organi tiegħu għandhom jingħataw donazzjoni. Bħalissa, r-raġel qed jinżamm fuq il-magni kliniċi tal-isptar sakemm issir din il-proċedura.

Intant, l-awtopsja fuq il-kadavru tar-raġel se tkun qed issir aktar tard.