Lokali

RITRATT: Għada ssir l-awtopsja fuq il-mara li tilfet ħajjitha f’Kemmuna

Għada mistennija ssir l-awtopsja fuq il-mara li tilfet ħajjitha wara li kienet qed tgħum f’Kemmuna. Dan kien konfermat minn kelliem għall-Pulizija.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, meta mara ta’ 61 sena mill-Olanda ntilfet minn sensieha waqt li kienet qed tgħum. Hi ttellgħet il-baħar minn xi għaddasa li kienu fuq luzzu fil-qrib u sar eżerċizzju ta’ CPR fuqha, biex tingħata n-nifs.

Madanakollu l-mara kellha tittieħed l-isptar permezz ta’ ħelikopter. Minkejja dan, il-mara kienet ċertifikata mejta.

incident kemuna

Ritratti: Joe Farrugia