Lokali

RITRATTI: Jittajjar Pulizija fil-Marsa

Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar meta vettura tat-tip Chevrolet misjuqa minn tfajla kienet qed tikser lejn triq li tagħti għall-kumpless sportiv li hemm il-Marsa.

Jirriżulta li kien ġej mutur tal-Pulizija, li ntlaqat mill-karozza, bil-konsegwenza li tkaxkar, ħabat mal-bankina sakemm spiċċa fil-ħamrija.

Il-Pulizija ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku li wasal b’ambulanza u aktar tard ittieħed l-isptar għal aktar kura. Mill-informazzjoni li għandu NETnews, it-tfajla li kienet qed isuq il-karozza ġarrbet ġrieħi ħfief f’saqajha.

incident pulizija

incident pulizija 2