Kurżitajiet Lokali

AĠĠORNATA: Jipprovaw jaqbdu tajra… imma taħrabilhom f’kunvent tas-sorijiet!

Tajra eżotika li kienet qed tinżamm legalment fil-Kitchens’ Garden marret issib refuġju f’kunvent tas-sorijiet wara li ħaddiema tal-Palazz ta’ San Anton ma rnexxielhomx jaqbduha.

It-tajra, ‘Grawwa tal-Afrika’, ħarbet mill-Palazz ta’ San Anton dalgħodu u marret tistrieħ f’parkeġġ f’Ħal Balzan. Malli l-ħaddiema tal-Palazz provaw javviċinawha biex jaqbduha, it-tajra taret fil-kunvent tal-Bon Pastur li hemm fil-qrib.

Il-Grawwa tal-Aftika hi għasfur eżotiku tal-Afrika li jissejjaħ ‘Crowned Crane’. Peress li huwa għasfur eżotiku, ma jpassix. Filfatt, meta kkuntattjat minn NETnews, kelliem għall-Birdlife Malta kkonferma li dan l-għasfur għandu ċurkett – li jfisser li qed jinżamm f’Malta b’mod legali.

L-uniku għasfur tat-tip tiegħu li jiġi Malta bil-passa jissejjaħ ‘Common Crane’ – jew inkella ‘il-Grawwa’.

Din mhux l-ewwel darba li intlemaħ tajr mhux tas-soltu jippassiġġa fit-toroq ta’ Ħal Balzan. Fi Frar li għadda, inltemħu erba’ paguni jippassiġġaw fiż-żona ta’ qrib il-ġonna ta’ San Anton.

Ritratti: Martin Agius u Sue Mizzi

crowned crane 4

Crowned crane 5

Crowned crane 2

crowned crane 3