Hemm allert massimu fi New York wara sensiela ta’attakki b’bombi fl-istess waqt li fil-belt qed tiftaħ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Fl-istess ħin, uffiċjali ħabbru li kienu arrestaw lil Ahmad Khan Rahami, ta’ 28 sena u mwieled l-Afganistan imma li ngħata ċ-ċittadinanza Amerikana, b’rabta mal-isplużjoni li kien hemm fiz-zona ta’ Chelsea ta’ Manhattan. Dan tfitxija intensiva.
Il-bomba darbet 29 persuna u fil-qrib instabet bomba oħra qabel ma splodiet.
Mas-sebħ tat-Tnejn, instab baskett b’ħames bombi fih. Dan tħalla f’landa taż-żibel fl-istazzjon ta’ Elizabeth fi New Jersey.
Uffiċjali qalu li kien hemm xebh bejn iż-żewġ attentati – dak ta’ Chelsea u dak Elizabeth – u l-aħħar post magħruf fejn kien qed igħix Rahami kien proprju f’Elizabeth.
Andrew Cuomo, il-Gvernatur ta’ New York, qal li mhux eskluż li hemm rabta barranija ma’ dawn l-attakki għalkemm l-investigaturi qalu li s’issa ma sabu ebda rabta ma’ gruppi terroristiċi barranin.
Il-President Amerikan Barack Obama, li nzerta New York minħabba l-Assemblea Ġenerali t an-Nazzjonijiet Uniti, qed ikun infurmat kontinwament dwar dak li qed jiġri.
Dan kollu seħħ wara tmiem il-ġimgħa mimli inċidenti. Kien hemm bomba li splodiet is-Sibt fi New Jersey imma ma darbet lil ħadd. Dan fl-istess ġurnata li raġel ta’ nisel Somalu ħebb għan-nies f’ċentru kummerċjali f’Minnesota, attakk li ħalla disa’ persuni midruba.
Imbagħad kien hemm l-isplużjonijiet fiz-zona ta’ Chelsea f’Manhattan il-Ħadd u li ħallew 29 persuna mejta. Ftit wara bomba oħra nstabet ftit bogħod.
Arrest importanti wara l-attakki fi New York


