Internazzjonali

Disfatta għas-CDU f’Berlin

Il-partit tal-Kanċillier Angela Merkel sofra telfa storika fl-elezzjoni Statali li saret il-Ħadd. Elezzjoni li r-riżultat tagħha m’għadux parti mill-koalizzjoni ta’ tmexxija.
Elezzjoni li waslet ukoll biex l-Alternativa għall-Ġermanja (AfD), partit estremista tal-lemin, issa se jkun preżenti fil-Parlament tal-Istat ta’ Berlin għall-ewwel darba.
Il-popolarità ta’ Merkel majnat ħafna minn mindu sena ilu ddeċidiet li tħalli aktar minn miljun immigrant jidħlu fil-pajjiż.
Din kienet it-tieni disfatta elettorali għal Merkel f’ġimagħtejn wara li spiċċat fit-tielet post minħabba r-riżultat tajjeb li nkiseb mill-AfD f’Mecklenburg-Vorpommern fil-bidu tax-xahar.
Il-partit soċjal-Demokratiku, minkejja li tilef kważi seba’ fil-mija tal-voti, spiċċa fl-ewwel post bi 22 fil-mija tal-voti.
Dawn l-elezzjonijiet qed jitqiesu bħala twissijiet politiċi għall-elezzjoni ġenerali li se ssir is-sena d-dieħla.