Eddie l-Istorja f’1000 ritratt hu ktieb ta 200 paġna b’1000 ritratt li jiġbru l-karriera politika ta Eddie Fenech Adami mill-bidu sat-tmiem tagħha. Mill-lejla dan il-ktieb jinbiegħ fuq il-fosos tal-furjana waqt il-festi tal-Indipendenza.
Il-ktieb hu mimli ritratti ta’ mass meetings, avvenimenti ta’ importanza kbira fl-istorja politika ta pajjiżna, l-vjolenza politika u l-kisbiet kbar li għamel Eddie Fenech Adami, fosthom id-dħul ta’ Malta fl-UE. Hemm ukoll numru kbir ta’ ritratti ta’ Eddie man-nies, ħaddiema u partitarji tal-Partit Nazzjonalista.
L-editur tal-ktieb, l-avukat Frank Psaila preżenta kopja tal-ktieb lil Eddie Fenech Adami u lill-kap tal-Partit Nazzjonalita Simon Busuttil nhar il-Erbgħa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Michael Fenech Adami kkordina dan il proġett.
//= $special ?>