Lokali

Feriti gravi għal tifel ta’ sentejn li ntlaqt minn vettura li kienet qed tinstaq b’lura

Tifel ta’ sentejn sofra feriti gravi wara li ntlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq b’lura.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.45pm fi Triq Louis Schikluna fil-Fgura meta l-vettura tat-tip BMW kienet qed tinstaq b’lura mix-xuffier, ta’ 25 sena.

Kien f’dan il-mument li, għal xi raġuni, it-tifel intlaqat mill-vettura.

Fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Fgura qed jinvestigaw il-każ.