Lokali Mużika

FILMAT : Dario Bezzina jirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2016

“Se naslu żgur”, dan hu l-isem tal-kanzunetta rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza, li l-finali tiegħu saret it-Tnejn filgħaxija fuq il-palk prinċipali Fuq il-Fosos tal-Furjana waqt il-festi li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza biex ifakkar l-Indipendenza ta’ Malta.

Il-kanzunetta kienet interpretata minn Dario Bezzina u kellha kliem u mużika ta’ Ray Agius. Fit-tieni post ġiet il-kanzunetta ‘B’Ħarsitna ’l Fuq’ ta’ Kaya, bi kliem ta’ Joe Chircop u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fit-tielet post ikklassifikat il-kanzunetta ‘Ħarstek’ bi kliem ta’ Mark Amaira u mużika ta’ Mark Scicluna.

Agħfas hawn biex tara r-riżultat finali skont il-voti tal-ġurija.

(Ritratti: Joseph Galea)

fest nies