Lokali

Filmat: “Inwiegħed ġustizzja lil min qed isofri l-inġustizzja” – Simon Busuttil

“Inwiegħed ġustizzja lil min qed isofri l-inġustizzja.”

Wegħda ċara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qed jindirizza diskussjoni politika bit-tema ‘Il-Partit Nazzjonalista: It-Tarka Tiegħek’ hekk kif il-Festi tal-Indipendenza issa daħlu fit-tielet jum tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li min sofra inġustizzja se jingħata d-drittijiet tiegħu lura filwaqt li min wettaq l-inġustizzja se jħallas ta’għemilu.

Simon Busuttil għamel referenza partikolari għal dawk il-persuni li bħalissa qed jiġu diskriminati fuq il-post tax-xogħol tagħhom minħabba l-fehma politika tagħhom. Dawn, spjega Simon Busuttil, mhux neċessarjament huma persuni Nazzjonalisti imma wkoll Laburisti li inzertaw li mhumiex meqjusa bħala Laburisti tal-klikka ta’ġewwa.

Simon Busuttil tenna l-wegħda li Gvern Nazzjonalista jwaqqaf Ministeru għad-Drittijiet taċ-Ċittadini biex ħadd ma jkollu għalfejn imur jittallab għad-drittijiet tiegħu.

Dan minbarra li Gvern Nazzjonalista jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Ombudsman billi jsaħħaħlu l-poteri li għandu u billi jimpenja ruħu li jirrispetta d-deċiżjonijiet tiegħu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien tarka għan-nies. Simon Busuttil temm id-diskors tiegħu bil-wegħda li hekk kif il-Partit Nazzjonalista kien il-vuċi tan-nies fuq it-temi tal-korruzzjoni u l-kwistjonijiet ambjentali,  se jibqa’ impenjat li jkun il-vuċi li ssaħħaħ id-drittijiet tiegħek.

ALB_8253

ALB_0401

ALB_0693