Lokali

“Il-Gvern jimmina l-presidenza ta’ Malta” – David Casa

Bl-insistenza li jibqa’ jisfida l-vot tal-maġġoranza tad-deputati fil-Parlament Ewropew bin-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Prim Ministru Jospeh Mucst qagħad jimmina u jagħmel ħsara lill-Presidenza Ewropea ta’ Malta.

Fi tweġiba għall-pożizzjoni espressa mill-Ewro-Parlamenri Laburista, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewopew David Casa qal li mid-dikjarazzjoni li għamel dan l-aħħar, Alfred Sant jidher li jew ma’ tgħallem xejn kemm ilu fil-Parlment Ewopew inkella jrid jinganna lill-poplu.

Fi stqarrija David Casa qal li Alfred Sant lanqas biss kien kapaċi jikkonvinċi lill-ewroparlamenari fi ħdan il-partit tiegħu stess biex jappoġġjaw in-nomina ta’ Leo Brincat.

Xi wħud mill-ewroparlamentari Soċjalisti li jifformaw parti mill-familja politika tal-PL anki tkellmu fil-media dwar dan. Alfred Sant staqsa jekk hawnx min verament jemmen li kienu l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti li sfurzaw lill-MEP’s Soċjalisti biex jivvutaw kontra n-nomina ta’ Leo Brincat. Hu deplorevoli li xi ħadd jissuġġerixxi dan.

David Casa kompla li mhux ħtija tal-PN li l-MEPs Soċjalisti għandhom aċċess għall-internet u allura segwew is-sitwazzjoni skandaluża li tinsab fiha Malta fejn Ministru ħoloq strutturi ta’ ħasil ta’ flus waqt li kien qed jokkupa kariga ministerjali.

Jekk il-Prim Ministru se jibqa’ għaddej bil-kandidatura ta’ Leo Bricnat, ikun qed jikkonfronta l-Parlament Ewropew. Dan qed jingħad anki mill-istess Grupp Parlamentari Soċjalista u għalhekk ir-responabbiltà tal-konsegwenzi fuq il-Presidenza ta’ Malta trid tinġarr mill-Prim Ministru.