Wara ħafna stennija, illejla jittella’ l-Konkors Kanzunetta Indipendenza, bħala parti mill-attivitajiet tal-Indipendenza organizzati mill-Partit Nazzjonalista.
Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza huwa t-tieni l-akbar konkors tal-kant f’pajjiżna, wara l-Eurovision u għaldaqstant it-tħejjijiet għalih bdew sa’ minn kmieni fis-Sajf – kemm min-naħa tal-organizzaturi kif ukoll min-naħa tal-parteċipanti.
Wara proċess li matulu kienu kkwalifikati numru ta’ kanzunetti, illejla se ssir is-serata finali b’24 kanzunetta. 21 kanzunetta għaddew mill-kategorija ‘Kantanti Stabbiliti’, filwaqt li tliet kanzunetti oħra għaddew mill-kategorija ‘Talent Ġdid’ wara proċess ta’ għażla magħmul minn 60% f’voti tal-ġurija u 40% f’televoting.
Ir-rebbieħ minn fost il-finalisti se jkun qed jintgħażel minn fost il-ġurija. Min-naħa l-oħra, it-televoting iwassal għal premju separat tal-pubbliku.
//= $special ?>