Allert fl-Istati Uniti wara li l-Pulizija sabu bombi f’stazzjon fi New Jersey. Dawn instabu f’landa taż-żibel fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Elizabeth fi New Jersey. Bomba minhom splodiet hekk kif il-pulizija kienu qed jippruvaw jżarmawha imma ħadd ma ndarab.
Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm splużjonijiet fi New York u l-istess New Jersey filwaqt li f’Minnesota kien hemm attakk b’sikkina minn segwaċi tal-ISIS. Fl-attakk f’ċentru kummerċjali f’Minnesota tmien persuni ndarbu.
L-awtoritajiet Amerikani qalu li dawn kienu kollha attakki ta’ terroriżmu u hemm rabta bejn il-bombi ta’ New Jersey u l-bombi ta’ New York.B’rabta mal-attakki ta’ New York, il-Pulizija Amerikana qed tfittex lil Ahmad Khan Rahami, raġel ta’ 28 sena mill-afganistan imma li kien ingħata ċ-ċittadinanza Amerikana.
//= $special ?>