Kunsilli Lokali Lokali

Jirriżenja s-Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa

Ftit jiem biss qabel se jasal it-tanker tal-gass

Hekk kif it-tanker tal-gass tal-Power Station ta’ Muscat jinsab fi triqtu lejn Malta, dalgħodu, Kevin Barun irriżenja minn Sindku Laburista ta’ Birżebbuga.

Ir-riżenja kienet waħda mhux mistennija hekk kif sal-aħħar jiem, is-Sindku Laburista kien qed jiddefendi dan it-tanker kbir daqs tliet grawnds tal-futbol f’nofs il-bajja li hi tant għal qalb ir-residenti ta’ Birżebbuga.

Ir-raġuni uffiċjali li ta s-Sindku hi dik ta’ pressjoni ta’ xogħol, għalkemm hu ċar li l-veru raġuni wara din ir-riżenja hi l-pressjoni li qed ikun hemm mir-residenti ta’ Birżebbuġa biex it-tanker ma jitpoġġiex ftit metri biss ‘il bogħod minn djarhom.

Ir-riżenja tħabbret permezz ta’ telefonata li Kevin Barun għamel lill-kunsilliera kollha dalgħodu.