Internazzjonali

Mietet ‘Liesl’ ta ‘The Sound of Music’

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Amerikana Charmian Carr li kienet interpretat il-parti ta’ Liesl, l-ikbar wild fil-familja von Trapp f’The Sound of Music.
Carr kellha 73 sena u mietet f’Los Angeles wara kumplikazzjonijiet minn forma rari ta’ dementia.
Fil-film famuż, hi kienet kantat il-kanzunetta famuża Sixteen Going on Seventeen. Parti li kienet rebħet bis-saħħa ta’ ommha minkejja li ma kienet ħadet ebda lezzjonijiet ta’ kant jew reċtar.
Il-propja Liesl, Agathe von Trapp, it-tifla il-kbira tal-familja Awstrijaka li ispirat il-film kienet mietet fl-2010 f’età ta’ 97 sena.

Agħfas hawn għall-filmat tal-kanzunetta mill-film