Sport Waterpolo

Minbarra Dino Zammit, Andreas Galea u Ben Plumpton għas-Serbja wkoll

Wara li aktar kmieni sar magħruf li Dino Zammit, se jkun qed iħalli Malti biex jilgħab fis-Serbja, sar magħruf ukoll li ż-żgħażagħ promettenti ta’ San Ġiljan Andreas Galea u Ben Plumpton ukoll se jingħaqdu ma’ Zammit fis-Serbja fejn se jkunu qed jilagħbu flimkien ma’ Vojvodina.

Dawn it-tliet plejers se jkunu qed jilagħbu l-kampjonat tagħhom fis-Serbja filwaqt li jirritornaw fil-kampjonat Malti fis-Sajf ma’ San Ġiljan.

Aktar dettalji, fil-ħarġa ta’ għada ta’ In-Nazzjon.