Lokali

“Miraklu” – jiddeskrivu kif omm ġibdet lil binha sekondi qabel ħabta kerha

Omm li kienet miexja fuq bankina, ġibdet lil binha ftit sekondi qabel seħħet ħabta kerha eżatti fil-post fejn kienu mexjin.

L-omm kienet miexja flimkien ma’ żewġt itfal fuq l-istess bankina li fuqha telgħet karozza qabel ħabtet ġo ħajt. Hi rat il-karozza ġejja u f’temp ta’ ftit sekondi, ġibdet lil binha biex ma jintlaqatx mill-karozza.

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Ħal Tarxien f’Raħal Ġdid għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu, meta karozza tilfet il-kontroll, qasmet għan-naħa l-oħra tat-triq, telgħet fuq bankina u baqgħet dieħla ġo ħajt. It-triq hi mimlija ħwienet u jgħaddu minnha ħafna nies.

B’konsegwenza tal-inċident li rat iseħħ quddiema, l-omm sofriet xokk u għaldaqstant kellha tingħata l-għajnuna minn xi persuni li kienu fuq il-post.

Persuni li raw l-inċident iseħħ, iddeskrivew dak li raw lil NETnews.com.mt bħala “miraklu”.

Agħfas hawn għal filmat u ritratti mill-inċident.

Incident Habta Rahal Gdid 190916