Is-sensiela fantastika Game of Thrones kisret ir-rekord għall-akbar ammont ta’ Emmy Awards li ntrebħu minn serje ta’ din x-xorta.
Game of Thrones, li issa jinsab fis-sitt serje tiegħu, kien nominat fi 24 kategorija u rebaħ 12 minhom waqt serata f’Los Angeles.
Is-serje, bażata fuq il-kotba ta’ George R.R. Martin, issa b’kollox tul is-snin rebħet 37 Emmy Award.
Is-serje Veep, rebħet il-kategorija għall-aħjar serje komika filwaqt li Rami Malek rebaħ l-unur għall-aħjar attur f’serje drammatika għall-parti f’Mr Robot u Tatiana Maslany ta’ l-aħjar attriċi drammatika għall-parti f’Orphan Black
Rebbieħa oħra f’din is-serata kienu The People vs OJ Simpson dwar il-proċess il-qorti tal-personalità Amerikana OJ Simpson fis-snin disgħin.
Suċċess għal Game of Thrones waqt l-Emmy Awards
