Il-plejer ta’ 22 sena Dino Zammit se jkun qed jitlaq il-ġimgħa d-dieħla minn Malta lejn is-Serbja fejn se jkun qed jingħaqad mal-klabb Serb ta’ Vojvodina. Dan il-pass li se jieħu Zammit isegwi passi riċenti ta’ plejers żgħażagħ oħra li dan l-aħħar kellhom esperjenzi żgħar barra, iżda fuq kollox isegwi lil Stevie Camilleri li għamel isem għalih barra minn Malta.
Dino Zammit kien beda jilgħab il-Waterpolo ma’ Sirens fejn kiseb post regolari mat-tim ta’ San Pawl il-Baħar, u fl-2014 ingħaqad ma’ San Ġiljan fejn wara li wasal qrib l-unuri, is-sena l-oħra għen lill-Ġiljaniżi biex jirbħu d-double filwaqt li din is-sena rebaħ ukoll il-Kampjonat tax-Xitwa, it-Tazza tal-President u n-knock-out.
//= $special ?>