Internazzjonali

Angelina Jolie u Brad Pitt se jiddivorzjaw

Skont rapporti li għadhom kemm ħarġu fl-Istati Uniti Angelina Jolie talbet għad-divorzju mir-raġel tagħha Brad Pitt.
Jolie preżentat id-dokumenti nhar it-Tnejn u hi talbet li l-kustodja tas-sitt itfal li għandhom ikunu tagħha u Pitt jitħalla biss jżurhom u mhux taqsam il-kustodja miegħu.
Sorsi qrib il-koppja qalu li jidher li Jolie kienet irrabjata bil-mod kif Pitt kien qed iġib ruħu mat-tfal.