Ritratt li qed idur fuq Facebook juri zebra crossing mhux tas-soltu li saret matul il-lejl li għadda, wara żmien twil – tant li din kienet sparixxiet kompletament.
Min żebaħ din iz-zebra crossing sab karozza ipparkjata fil-post fejn kellha tiġi, u allura baqa’ għaddej biż-żebgħa eżatt sar-rota tal-karozza pparkjata – u taħt it-tyre baqa’ bla żebgħa!
Fuq Facebook, ħafna kitbu li din hija ċ-ċajta tal-ġurnata. Oħrajn saħqu li l-karozza qatt ma kellha tkun ipparkajta hemm.
//= $special ?>