Internazzjonali

Għadab wara attakk fuq konvoj umanitarju fis-Sirja

epa05548198 A photo shows damages in the city of Homs, Syria, 19 September 2016. According to media reports, the evacuation process of some 300 gunmen from the besieged neighborhood of al-Waer in Homs that was scheduled to be carried out on the same day has been postponed to the next day. The gunmen would head to the northwestern city of Idlib in accordance with a settlement agreement that was worked out between the Syrian government and the reconciliation committees in the area a year ago. A UN-backed three-phases agreement initiated in 2015 saw the evacuation of hundreds of residents from the neighborhood, whereby detainees held in government prisons would be released and the siege imposed on the area would be lifted. Al-Waer has been the only neighborhood under rebel control in Homs after government troops consolidated their grip over the city in 2014. An estimated 75 thousand people still live in al-Waer, down from about 300 thousand before the start of the Syrian conflict in 2011. EPA/YOUSSEF BADAWI

Kien hemm kundanna kbira wara li konvoj tas-Salib l-Aħmar safa l-mira ta’ attakk fis-Sirja. Dan, ftit sigħat wara li l-Armata Sirjana iddikjarat li kien intemm il-waqfien mill-ġlied innegozjat mill-Istati Uniti u r-Russja.

Fl-attakk, 18-il trakk minn konvoj ta’ 30 inqerdu u 20 ħaddiem inqatlu waqt li kien fl-inħawi ta’ Uram al-Kubra, qrib Aleppo. Is-suspetti ewlenin huma li l-konvoj kien attakkat mir-Russja jew mill-Armata Sirjana.

B’reazzjoni għal dan l-attakk, in-Nazzjonijiet Uniti u s-Salib l-Aħmar ħabbru li t-tqassim kollu tal-għajnuna umanitarja fis-Sirja kienu sospiżi.

Stephen O’Brien, il-kap tal-Għajnuna Umanitarja tan-NU, qal li fil-konvoj kien hemm għajnuna umanitarja għal 78,000 persuna, u l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt Sirjan kienu infurmati bil-vjaġġ li kien se jagħmel.