Internazzjonali

Jinħatfu żewġ Taljani u Kanadiż fil-Libja

Qed issir ħidma kbira biex ikun stabbilit min ħataf lil żewġ Taljani u Kanadiż waqt li kienu fuq xogħol fil-Libja.

It-tlieta li nħatfu kienu qed jagħmlu xogħol fl-ajruport ta’ Ghat.

Skont sorsi Libjani jidher li dawn inħatfu minn grupp kriminali u mhux mit-terroristi. Ghat hi kkontrollata mill-Gvern ta’ għaqda nazzjonali Libjan.

Hassan Othman, kelliem għall-kunsill lokali ta’ Ghat qal li kollox jindika li dawn inħatfu minn grupp kriminali u li kien qed isir minn kollox biex jinħelsu.