Lokali

L-isbaħ rigal hi koalizzjoni politika b’saħħita kontra l-korruzzjoni – Marlene Farrugia

L-akbar rigal li nistgħu nagħtu lil pajjiżna fl-okkażjoni tat-52 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, huwa, illi ningħaqdu flimkien f’ koalizzjoni politka b’ saħħita , sabiex nagħtu lil Poplu Malti u Għawdxi, dak li jixraqlu.

Hekk saħqet id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia, b’reazzjoni għall-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta appella biex ikun hemm koalizzjoni nazzjonali biex tiġġieled il-korruzzjoni.

Marlene Farrugia fuq Facebook tenniet li Għal Malta u Ghawdex lesti li naghmlu dak kollu li hemm bzonn biex noholqu koalizzjoni politka b’ sahhitha ‘ l fuq mill-partigjanizmu , li tassigura Governanza nadifa u trasparenti. Gustizzja socjali veru U zvilupp ekonomiku li jzomm fuq quddiem sahhet u hajjet il-Poplu Taghna billi jkun Il-paladin sinċier tal-ambjent Malti u Għawdxi.

Fl-attività fuq il-Fosos Simon Busuttil fakkar li dan hu l-iktar gvern korrott mill-Indipendenza ‘l hawn tant li anke Transparency International appellat lill-Gvern Laburista biex jitnaddaf mill-mandra ta’ korruzzjoni qabel ma jieħu f’ídejh il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.