Internazzjonali

Tiftaħ l-Assemblea Ġenerali tan-NU

epa05549375 US President Barack Obama (R), shakes hands with United Nations Secretary-General Ban Ki-moon (L) and Peter Thomson (2-L), President of the 71st session of the General Assembly, after addresses the General Debate of the 71st Session of the United Nations General Assembly at UN headquarters in New York, New York, USA, 20 September 2016. EPA/JUSTIN LANE

Fi New York, Ban Ki-moon, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fetaħ id-dibattitu annwali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li jkun ikkaratterizzat mid-diskorsi tal-mexxejja minn madwar id-dinja.

Din ukoll kienet l-aħħar darba li Ban indirizza l-Assemblea Ġenerali peress li f’Diċembru, wara għaxar snin f’din il-kariga, se jirtira.

Dik tat-Tlieta kienet ukoll kellu jkun l-aħħar darba li Barack Obama jindirizza l-Assemblea Ġenerali peress li anki hu din is-sena jispiċċa mill-poter wara l-elezzjoni li se jkun hemm f’Novembru, fl-Istati Uniti.