L-attur Ingliż Daniel Radcliffe qal li għalissa ma jridx jisma’ aktar bil-karattru ta’ Harry Potter u ma kellux l-intenzjoni li jerġa’ jaħdem il-parti.
Radcliffe qal dan waqt intervista mal-BBC hekk kif hemm spekulazzjoni li hu jista’ jagħmel ritorn għall-film ‘Harry Potter and the Cursed Child’.
Radcliffe, li għandu 27 sena, qal li forsi jekk jgħaddu 30 sena jbiddel fehmtu imma għalissa ma kienx se jirreċta aktar dik il-parti.
Radcliffe deħer fl-ewwel film ta’ Harry Potter li kien ħareġ fl-2001 u fil-films kollha ta’ dan il-karattru apparti films oħra li ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-kotba ta’ JK Rowling. L-aħħar film ta’ Harry Potter ħareġ sitt snin ilu u żied li fil-frattemp ħa ġost jaħdem partijiet differenti.
Daqshekk Harry Potter għall-attur Daniel Radcliffe
