L-inizjattivi marbuta mal-‘car free day’ ma japplikawx għar-residenti
Sa mis-sena 2000, it-22 ta’ Settembru hu sinonimu mal-Car Free Day fejn madwar id-dinja, bliet ewlenin joħorġu b’inizjattivi intiżi li għallinqas għal ġurnata jnaqqsu t-traffiku u t-tniġġis li jġib miegħu.
F’pajjiżna, anke l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jingħaqad mal-bliet internazzjonali bl-għan li jnaqqas il-konġestjoni fil-Belt Valletta, kif ukoll il-problemi tal-parkeġġ.
Dan billi jinċentiva l-car pooling, jiġifieri li persuni jagħmlu użu mill-istess karozza, minflok jidħlu l-belt Valletta bil-karozza personali tagħhom.
Il-Kunsill Lokali ħaseb li jiprpemja wkoll lil dawk is-sewwieqa li fil-karozza tagħhom iġorru tliet persuni oħra.
Ara l-filmat b’kummenti tas-Sindku tal-Belt Valletta Alexei Dingli
//= $special ?>