Il-Pulizija fil-Pakistan ħabbru li kienu arrestaw tifel Nisrani ta’ 16-il sena bl-akkuża li insulta lill-Iżlam.
Dan wara li għamel ‘like’ fuq Facebook għal dak li kien deskritt bħala ritratt mhux xieraq tal-Kaab f’Mekka, wieħed mill-postijiet l-aktar imqaddsa għall-Iżlam. It-tifel arrestat kien identifikat bħala Nabeel Masih.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-arrest sar fil-provinċja tal-Punjab u issa t-tifel qed jinżamm il-ħabs sakemm isir il-proċess tiegħu. Il-Pulizija żiedet li hi marret għat-tifel wara ilment minn Musulman li qal li dak li għamel dan it-tifel kien insult għall-Iżlam.
IL-PAKISTAN: Jarrestawh minħabba ‘like’ fuq Facebook
