Wara 3 snin u nofs imwaħħal fit-traffiku ta’ ideat, dalgħodu, l-Ministru Joe Mizzi stenbaħ u qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jikkummissjona studju dwar il-vijabilità ta’ sistema ta’ tram f’pajjiżna, qal il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija.
L-istqarrija tkompli li s-sitwazzjoni tal-politika tal-Gvern ta’ Muscat hija verament surreali. Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil beda jispjega l-viżjoni tiegħu ta’ kif jista’ jitnaqqas it-traffiku f’pajjiżna permezz ta’ sistema ta’ tram li tgħaqqad lil Malta u Għawdex, il-Gvern ta’ Muscat inqabad f’paniku kbir u beda jara kif se jqum mir-raqda li jinsab fiha.
Il-Partit Nazzjonalista qal li jinnota dan l-iżvilupp b’mod pożittiv, iżda ma jistax ma jirrimarkax il-fatt li f’dan il-pajjiz, partit wiehed biss hawn li għandu viżjoni u kapaċi jwettaqha, u dak il-partit hu l-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>