Lokali

Il-President Amerikan Barack Obama jibgħat l-awgurju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza

Il-President Amerikan Barack Obama bagħat l-awgurju tiegħu fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza f’Malta. Hu għamel dan permezz ta’ messaġġ li ntbgħat mis-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry.

Fil-messaġġ, li ġie ppubblikat fuq il-website tal-gvern Amerikan, Kerry qal li l-Istati Uniti tifraħ lil Malta għall-valuri li dejjem ħaddnet favur iż-żamma tal-paċi. Żied li ħerqan li jsaħħaħ il-koperazzjoni hekk kif Malta dalwaqt se tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.