Lokali

Imħabbar investiment Amerikana

Il-Gvern iħabbar investiment Amerikan ġdid f’Malta mill-kumpanija Crane Currency; investiment li hu ppjanat li jibda b’200 impjieg li jiżdiedu għal 300 impjieg. Investiment fis-ettur tal-istampar tal-flus.

Dan l-investiment tħabbar mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Industrial Parks Mario Galea u l-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterrise William Wait.

Fil-konferenza sar ukoll kollegament mal-Prim Ministru Joseph Muscat fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn kien qed jiffirma ftehim mal-uffiċjali tal-kumpanija Crane Currency.

Il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Edukazzjoni qalu li l-kumpanija mistennija tibda topera fi zmien senau nofs oħra minn Ħal Far bl-investiment ikun maqsum 80 miljun Dollaru f’apparat u 20 miljun Dollaru fil-bini tal-impjant.

Il-Ministru Bartolo spjega kif flimkien mal-MCAST se ssir il-ħidma meħtieġa biex ikun hawn il-ħaddiema mħarrġa għal dan it-tip ta’ xogħol, li hu fis-ettur tal-istampar tal-flus.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise William Wait tkellem dwar l-investiment barrani u għażel li jsemmi l-investiment li twettaq bjen l-2013 u l-2015 u qal li f’dan il-perjodu saru 80 investiment dirett. Mistoqsi min-NET TV biex jispeċifika liema kienu l-kumpaniji ġodda minn dan l-investiment dirett li bdew joperaw wara l-2013, il-Kap Ezekuttiv ta’ Malta Enterprise ma wegibx u qal li fl-investiment hemm kontinwità. Hu qal ukoll li kellu l-lista tal-kumpaniji ġodda li ġew wara l-2013 iżda baqa’ ma tax dettalji.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Industrial Parks Mario Galea poġġa l-investiment ta’ Crane Currency fil-kuntest tal-investiment minn kumpaniji Amrikani f’Malta u qal li danw il-kumpnaiji jħaddmu madwar 2,000 ħaddiem.

Il-Ministru Bartolo tkellem dwar l-importanza tat-taħriġ tal-istudenti u l-ħaddiema u ġab l-eżempju tal-ħaddiem tat-Tarzna li kien tħarrrġu biex sabu jaħdmu f’diversi postijiet fosthom il-Lufthansa Teknik.

Evarist Bartolo sostna li l-impjiegi maħluqa minn Crane Currency se jkunu ta’ kwalità li jkompli jsaħħu is-settur tal-manifattura.