Raġel indarab wara li pprova jidħol bil-forza fl-Ambaxxata Iżraeljana f’Ankara, il-kapitali Torka. Ir-raġel kien armat b’sikkina iżda ħadd ħliefu ma ndarab f’dan l-inċident.
Uffiċjali Torok qalu li jidher li r-raġel kellu xi problemi mentali u s’issa ma jidhirx li kellu rabtiet ma’ gruppi terroristiċi.
Ir-raġel kien identifikat bħala Tork ta’ 41 sena minn Konya.
Il-ġimgħa li għaddiet diversi Ambaxxati f’Ankara għalqu fost rapporti li kien qed jitħejja attakk terroristiku.
S
Imxejjen attentat mal-Ambaxxata Iżraeljana f’Ankara
