Knisja Lokali

Jilmenta li l-PBS iċċensura l-omelija tal-Arċisqof dwar il-governanza tajba

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Kurja ilmenta li l-omelija tal-Arċisqof ma ġietx rappurtata mill-website tal-aħbarijiet tal-PBS.

Dalgħodu, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem dwar kif għandu jaġixxi Gvern biex iwettaq governanza tajba. Fost oħrajn qal li governanza mibnija fuq it-tgħawwiġ tal-verità ma tistax tkun governanza tajba.

Fuq twitter, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Kurja Kevin Papagiorcopulo qal li l-anqas tfittxija fuq Google ma tgħin biex wieħed isib omelija dwar il-governanza tajba fuq il-website ta’ Television Malta.

“Iġġiegħelek taħseb!” temm jgħid Papagiorcpulo.