Illum pajjiżna jiċċelebra 52 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza. Pajjiżna filfatt sar nazzjon sovran fil-21 ta’ Settembru 1964 wara proċess politiku twil xprunat minn Gvern Nazzjonalista u mill-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier.
Jum l-Indipendenza llum mistenni jkun iċċelebrat b’programm ta’ attivitajiet uffiċjali li bdiet filgħodu bit-tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur minn Putirjal għal Triq ir-Repubblika sakemm fl-aħħar waslet f’Misraħ San Ġwann.
Filmat: Il-wasla tal-Aġent President Dolores Cristina f’Misraħ San Ġorġ
Fl-10 ta’ dalgħodu saret quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Filmat: Il-wasla tal-Gwardja tal-Unur f’Misraħ San Ġorġ
L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, imbgħad iqegħdu l-fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana, ftit passi bogħod fejn 52 sena ilu Borg Olivier ingħata d-dokument ta’ kostituzzjoni li għamel lil pajjiżna indipendenti.
//= $special ?>