Il-ġurnali lokali kollha tal-lum, ħlief il-gazzetta tal-GWU l-Orizzont, dalgħodu taw prominenza lid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
The Malta Independent, Times of Malta, Maltatoday u In-Nazzjon kollha ppubblikaw rapporti dwar id-diskors tal-bieraħ fil-faċċati tagħhom.
Il-ġurnal ‘The Malta Independent’ ippubblika ritratt kbir tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista bil-kliem “Busuttil pledges honesty”. Il-ġurnal ‘Times of Malta’ ppubblika rapport dettaljat fil-faċċata intitolat ‘Busuttil promises a new independence’, b’ritratt tiegħu fi sfond ta’ bandiera tal-Unjoni Ewropea.
Min-naħa l-oħra, il-gazzetta Maltatoday ippubblikat bdiet ir-rapport tagħha b’uħud mill-proposti u wegħdiet li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista matul id-diskors. Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ ippubblika ritratt kbir ta’ Simon Busuttil bil-kliem “Nirnexxu lkoll Flimkien”.
//= $special ?>