Lokali

Raġel jitlef ħajtu wara inċident b’mutur

Ir-raġel miż-Żurrieq li lbieraħ kien involut f’inċident b’mutur f’Birżebbuġa, sfortunatament tilef ħajtu. Il-Pulizija kkonfermat dan fi stqarrija dalgħodu.

L-inċident seħħ ilbieraħ fis-6 ta’ filgħodu wara ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena u l-mutur, misjuq mir-raġel ta’ 47 sena miż-Żurrieq. L-inċident seħħ fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Għall-ewwel ir-raġel kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi, iżda fis-sigħat li għaddew tilef ħajtu.

Dwar il-każ qed issir investigazzjoni mill-Pulizija u inkjesta Maġisterjali.