Kultura Lokali

Serqa mit-Torri l-Aħmar

It-torri ta’ Sant’Agatha, magħruf l-aktar bħala t-Torri l-Aħmar tal-Mellieħa, spiċċa fil-mira ta’ ħalliel jew ħallelin li daħlu jisirqu.
Is-serqa seħħet matul il-lejl li għadda.

It-torri jinfetaħ minn żmien għal żmien minn voluntiera tal-NGO Din l-Art Ħelwa, bl-iskop li l-viżitaturi u t-turisti jkunu jistgħu jarawh minn ġewwa.

Din l-Art Ħelwa hija NGO li f’Malta u Għawdex hija impenjata li tippreserva u toħloq kuxjenza kulturali dwar numru ta’ siti storiċi.

Fost l-affarijiet li nsterqu kien hemm televiżjoni li jintuża biex jintwerew features lill-viżitaturi li jżuru t-torri.