Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għada se joħroġ munita kommemorattiva taż-€2 li turi t-tempji tal-Ġgantija.
In-naħa ta’ wara tal-munita turi n-naħa komuni taż-€2, filwaqt li n-naħa ta’ quddiem (in-naħa li tista’ tinbidel skont il-pajjiż), turi rappreżentazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex. Il-munita ġiet iddisinjata minn Noel Galea Bason.
It-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex huma fost l-aktar tempji preistoriċi ppreservati fil-gżejjer Maltin, u jmorru lura għas-snin 3,6000 qabel Kristu. Huma wkoll l-eqdem monumenti ‘freestanding’ fid-dinja tant li ġew iddikkjarati mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt dinji.
Intant, il-Bank Ċentrali se jkun qed joħroġ total ta’ seba’ muniti li juru monumenti preistoriċi Maltin, li kollha huma ddikkjarati bħala siti ta’ wirt dinji.
Il-muniti kommemorattivi se jinħarġu għaċ-ċirkulazzjoni f’stoċċijiet ta’ 25 munita kull wieħed. Kull stoċċ se jkun fih 25 munita u se jkun jiswa €70. Se jinħarġu wkoll 30,000 ‘coin card’, li kull waħda se tkun tiswa €7.
//= $special ?>